Internazzjonali

Bir-Ritratti : Aktar minn €4 miljun f’kannabis misjuba fil-baħar mediterran

Sejba ta’ droga kannabis li taqbeż l-€4 miljun. Sejba li saret mill-ekwipaġġ tal-bastiment tal-Gwerra tar-Royal Navy, HMS Richmond waqt li kienu qed ibaħħru fil-Baħar Mediterran.

Jirriżulta li waqt li l-HMS Richmond, kien għaddej fuq ronda fil-Baħar Mediterran, l-ekwipaġġ innutaw dgħajsa suspettuża.

Fuq il-post, mill-ewwel ntbgħat ħelicopter sabiex jaraw x’kien qed jiġri madwar din id-dgħajsa.

CH1501860103

Skont stqarrija tar-Royal Navy, hekk kif il-ħelicopter kien qed javviċina d-dgħajsa, dawk abbord tefgħu boroż mimlija droga fil-baħar filwaqt li huma rnexxilhom jaħarbu.

B’kollox rnexxilhom jaqbdu mal-elf u ħmistax-il kilogramma ta’ kannabis li kienu destinati għall-Ewropa, partikolarment sabiex tkun traffikata fl-Ingilterra.

CH1500770183 CH1500610463