Sport

Birkirkara F.C. jaslu lura f’pajjiżna

Waslu lura f’pajjiżna l-eroj tal-Karkariżi … l-istaff u l-plejers ta’ Birkirkara F.C. li l-Ħamis filgħaxija rnexxielhom jiktbu paġna storika għall-futbol f’pajjiżna.

B’rebħa ta’ 2-1 fl-Iskozja, Birkirkara rnexxielhom jeliminaw lill-klabb storiku Skoċċiż, Hearts F.C.

Gowls ta’ Christian Bubalovic fil-55 minuta, u Edward Herrera fis-67 minuta tefgħu lil Birkirkara 2-0 fil-vantaġġ bi Chris Sammons li naqqas id-distakk fl-74 minuta iżda ma kienx biżżejjed biex isalva xi ħaġa mir-riżultat.

Birkirkara issa għaddew għat-tielet rawnd tal-Europa League, xi ħaġa li qatt qabel f’pajjiżna ma rnexxielu jagħmel.

Birkirkara jiltaqgħu mar-Russi Krasnodar, bl-ewwel logħba tintlagħab il-ġimgħa d-dieħla fil-Hibs Stadium.