Futbol Sport

Birkirkara jeliminaw lil Hearts u jiktbu paġna storika għal futbol Malti

Birkirkara kitbu paġna storika fil-futbol Malti meta għelbu lit-tim Skoċċiż ta’ Hearts 2-1 barra minn darhom biex b’aggregate bl-iskor skor wara li l-ġimgħa l-oħra f’pajjiżna kienu spiċċaw 0-0. Dan ir-riżultat fisser li Birkirkara saru l-ewwel tim Malti li għadda għat-tielet rawnd f’kompetizzjoni Ewropea.

Il-gowl tal-Istripes ġew skurjati minn Christian Bubalovic fil-55 minuta filwaqt li Edward Herrera rdoppja fis-67 minuta qabel ma Chris Sammons naqqas id-distakk fl-74 minuta li iżda ma kienx biżżejjed biex isalva xi ħaġa mir-riżultat.

Birkirkara fit-tielet rawnd se jkunu qed jilagħbu mar-Russi ta’ Krasnodar.

Proset lil Birkirkara !!!