Internazzjonali

Bomba tisplodi fl-istitut tal-kriminoloġija fi Brussell

Fl-istitut tal-Kriminoloġija ta’ Brussell splodiet bomba. Fil-media internazzjonali qed jingħad li s’issa ma kinux irrapurtati mwiet

Skont il-media Belġjana l-bomba splodiet għall-ħabta tas-2:30 ta’ dalgħodu

Jirriżulta li karozza daħlet fiż-żona ta’ parkeġġ tal-istitut fejn persuna jew persuni ħallew bomba fejn il-laboratorji.

L-allert kontra t-terroriżmu fil-Belġju għadu fis-seħħ partikolarment wara l-attakki terroristiċi fl-ajruport ta’ Brussell u fil-metro tal-belt, attakki li responsabilita’ tagħhom ħaduha l-ISIS.