Lokali

Bring-in sites f’Ħal Balzan jieħdu n-nar

Numru ta’ bring-in sites ħadu n-nar matul il-lejl li għadda fi Triq il-Wied f’Ħal Balzan.

Filwaqt li għad mhux magħruf x’wassal għan-nirien, NETnews.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 tal-bieraħ filgħaxija meta sar rapport mal-Pulizija minn persuna li rat il-bring-in sites jinħakmu min-nirien

F’kummenti ma’ dan is-sit, is-Sindku ta’ Ħal Balzan Ian Spiteri qal li l-Kunsill Lokali se jkun qed jikkopera mal-Pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa jekk jirriżulta li dan kien każ ta’ vandaliżmu.