Basketball

Bryant iħabbar li se jirtira

Kobe Bryant ħabbar li dan se jkun l-aħħar stagun tiegħu fl-NBA. Il-plejer tal-Basketball ta’ Los Angeles Lakers li għandu 37 sena, hu meqjus bħala wieħed mill-akbar leġġendi fl-istorja tal-basketball Amerikan.

Rebbieħ ħames darbiet tal-NBA, Bryant hu t-tielet l-aqwa skorjer fl-istorja bi 32,670 punt. Huwa għamel 20 sena ma’ Lakers u sar l-ewwel plejer tal-NBA li qatt għamel tant żmien mal-istess klabb.

Bryant li kien membru tat-tim Amerikan rebbieħ ta’ żewġ midalji Olimpiċi, fl-aħħar snin kellu bosta injuries u dan l-istaġun tħabat biex isib il-forma hekk kif Lakers rebħu biss żewġ logħbiet u tilfu 13 sa mill-bidu tal-istaġun.

Diment li ma jkollux aktar injuries, l-aħħar logħba tiegħu se tkun kontra Utah fit-13 ta’ April.