Futbol Lokali Sport

Buffon jibgħat messaġġ lil partitarju Malti ftit qabel il-partita kontra Spanja

Ftit qabel il-logħba tas-6pm bejn l-Italja u Spanja, partitarju Malti li bagħat messaġġ ta’ awguri lill-goalkeeper Taljan Gianluigi Buffon, kellu risposta immedjata.

Dan hekk kif il-Captain tat-Tim Nazzjonali Taljan wieġbu li “l-kisbiet isiru flimkien u mhux individwalment“, b’referenza ċara għal sehem il-partitarji.

Buffon għandu relazzjoni tajba ħafna ma’ diversi partitarji Maltin, l-aktar ta’ Juventus, tant li jiġi Malta ta’ sikwit.