Lokali

‘Car chase’ fil-Ħamrun

Arkivji

Ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta ta’ 20.30 ġie rrapurtat li fi Triq Mountbatten, il-Ħamrun kien hemm tifel ta’ madwar 12-il sena li saq karozza ta’ tip BMW fit-triq imsemmija u fil-madwar.

Il-pulizja qalu lil dan il-portal li l-vetturi tal-pulizija għal xi ħin bdew isuqu wara l-vettura BMW biex iwaqqfu lis-sewwieq li kien qed issuq il-vettura b’veloċita għolja. Madanakollu jidher li x-xufier minflok waqaf, żied aktar il-veloċita u għalhekk il-pulizija għamlu car chase wara l-vettura tat-tip BMW. Il-Pulizija rnexxielha twaqqfu wara ftit ħin.

Jirriżulta li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.