Knisja Lokali

Caritas Malta tgħin lil dawk milquta fit-terromot fl-Italja

Fid-dell tat-traġedja li ħakmet lill-Italja ftit tal-jiem ilu, fi stqarrija, Caristas Malta qalet li fuq talba mill-Monsinjur Arċisqof Charles J.Schicluna ser tkun qeda tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus b’risq dawk affetwati mit-terremot. It-terremot li ħakem iċ-ċentru tal-Italja sfortunatament ħalla ammont sostanzjali ta’ vittmi, għalekk il-fondi li jinġabru ser ikunu qed jgħinu direttament lill-dawn il-vittmi.

Il-ġabra ta’ flus li ser tgħin lil dawk milquta mit-terremot ser issir fil-parroċċi u fil-knejjes fi tmiem din il-ġimgħa iġiefiri, is-Sibt 27 t’ Awissu u l-Ħadd 28 t’ Awissu. Għal daqstant kull min irid jagħti donazzjoni ta’ flus  jista jagħmel dan ukoll billi jagħti d-donazzjoni tiegħu lill-kappillani, jew imorru biha direttament il-Caritas. Mod ieħor kif wieħed jista jagħti d-donazzjoni tiegħu hu permezz ta’ ċekk li jrid jkun indirzzat lil ‘Caritas Malta Emergency Fund’, 5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514. Apparti minn hekk ser jiġu milquwa donazzjonijiet ukoll permezz ta’ dopiżiti bankarji, kull min jixtieq jagħmel depożitu bħala donazzjoni irid jagħmel dan f’dawn il-kontijiet.

* HSBC A/C: 089021513050, BIC: MMEBMTMT,

IBAN: MT49MMEB44897000000089021513051

* BOV A/C: 4002327007-1, BIC: VALLMTMT,

IBAN: MT78 VALL 2201 3000 0000 4002 3270 071

* APS A/C: 1048901101-5, BIC: APSBMTMT,

IBAN: MT31 APSB 7704 6000 4890 1048 9011 015

Il-Knisja qed tagħmel ukoll l-appel biex il-Malitn u Għawdxin jiftakru fil-vittmi ta’ dan it-terremot fit-talb tagħhom.