Lokali

Cassar joħroġ mill-ITU

Josef Cassar magħruf bħala il-Lion, il-burdnar ta’ 35 sena minn Ħal Qormi li kien fil-mira ta’ bomba fil-Marsa, ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) ilbieraħ waranofsinhar.

Wara li kien operat u għadda sigħat twal jissielet għal ħajtu, dan is-sit huwa infurmat li Cassar jinsab f’kundizzjoni stabbli.

L-investigaturi jinsabu ċerti li l-bomba, li tpoġġiet mal-qiegħ tal-vann tat-tip Transit li kien qed jinstaq minn Cassar, saret minn xi ħadd bl-intenzjoni li ċara li joqtlu. B’kawża tal-ġrieħi li ġarrab fl-isplużjoni, Cassar spiċċa mingħajr riġlejn.