Kurżitajiet

Cecilia Rodriguez, oħt Belen – tgawdi x-xemx u l-baħar f’Malta

Il-personalita’ Arġentina Cecilia Rodriguez tinsab f’Malta bħala l-mistiedna speċjali għall-ftuħ tar-rinovazzjoni tad-Dragonara Casino. Din il-personalita’ famuża s-sena l-oħra kienet parteċipanta tal-produzzjoni Taljana L’Isola dei Famosi, u hi wkoll oħt Belen Rodriguez.

Cecilia, li għandha 26 sena, ilha għal dawn l-aħħar jumejn fuq Facebook titfa’ ritratti dwar il-mawra tagħha f’pajjiżna – sa min fuq l-ajruplan fil-vjaġġ lejn Malta, u anke fil-Casino waqt il-ftuħ.

Dragonara

Il-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta wkoll ikkummentat fuq ritratt li tefat Cecilia Rodriguez waqt li kienet abbord l-ajurplan:

cecilia rodriguez ajruplan

Il-ftuħ tal-Casino Dragonara fisser investiment multi-miljunarju li fih inbidlet id-dehra tal-Casino u kif ukoll tejbu s-servizz li kienu jipprovdu lill-klijenti tagħhom.

F’ritratt li tellat Cecilia Rodriguez, il-mudella tidher tipposa f’xenarju Malti mill-isbaħ.

cecilia rodriguez balcony

Fl-aħħar tal-mawra tagħha f’Malta, tefgħet ritratt ieħor fejn stqarret li se terġa’ żżur il-gżira tagħna f’Settembru li ġej:

cecilia rodriguez malta