Festi

Ċelebrazzjoni storika f’Raħal Ġdid – vara titulari ġdida għall-parroċċa ta’ Kristu Re

F’Raħal Ġdid waslet il-vara titulari l-ġdida għall-parroċċa ta’ Kristu Re.

Fost festeggjamenti kbar, il-Ħadd filghaxija il-Paolisti laqghu fosthom l-istatwa l-vara ta’ Kristu Re. Statwa xoghol il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi. U li qabel kienet fil-kazin tas-socjeta Filarmonika Fra Antoine de Paule banda Kristu re.

Imma fl-ahhar xhur kien hemm zviluppi interessanti f’din il-lokalità hekk kif fi ftehim li sar anke permezz tal-kappillan il-Gdid Fr. Marc Andre Camilleri, din il-vara artistika hadet post vara ohra u wkoll dan il-ftehim wassal biex banda ohra fil-lokalità ta’ Rahal Gdid tkun rikonoxxuta mill-Knisja. Din hi l-banda l-Ghaqda Socjali Muzikali Kristu Sultan.

Il-festa f’Raħal Ġdid qed tkun iccelebrata din il-gimgha stess fejn il-qofol jintlahaq nhar il-Ħadd li ġej fejn għall-ewwel darba il-vara l-gdida u titulari se tinhareg biex tbierek it-toroq ta’ Rahal Gdid.

Ritratt ta’ Jason Azzopardi.