Lokali

Charlene Camilleri Zarb tkompli bil-karriera professjonali tagħha

Charlene Camilleri Zarb, li f’Settembru 2014 ġiet approvata bħala kandidata għall-elezzjoni ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, għażlet li tkompli bil-karriera professjonali tagħha u tirtira l-kandidatura tagħha għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Charlene Camilleri Zarb bagħtet ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake li fiha nfurmata li minħabba xogħol ġdid li jimpediha milli tkompli bl-attività politika tagħha, b’dispjaċir, se jkollha tirtira l-kandidatura tagħha.

Hi rringrazzjat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mhux biss għall-fiduċja iżda anke għall-ħidma tiegħu, filwaqt li sostniet li l-elezzjoni li jmiss għandha tkun waħda kruċjali għall-pajjiż.