Sport

Chelsea ġew ikkastigati għal żbalji redikoli – Jose Mourinho (Chelsea)

Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho qal li kienu ‘żbalji redikoli’ li wasslu għat-telfa tal-Blues kontra l-eks tim tiegħu Porto. “Lagħbna tajjeb imma għamilna żewġ żbalji redikoli. Kultant tagħmel żbalji bħal dawk u tkun fortunat imma din id-darba pattejna qares għalihom. L-aktar li jien frustrat hu ttieni gowl li qlajna. Konna ilna siegħat naraw filmati tal-corners tagħhom u spiċċajna qlajna gowl minn corner. Qlajna gowl f’mument fejn konna qed nikkontrollaw il-logħba u fejn kont se nagħmel sostituzzjoni biex inkompli ndaħħal lit-tim fil-logħba. Ma rridux ninsew ukoll li lqatna l-lasta u fl-aħħar minuta ġejna mċaħħda minn penalty ċar,” qal Mourinho.

Minn naħa tiegħu l-kowċ ta’ Porto Julen Lopetegui faħħar lill-plejers tiegħu u ddeskriva l-wirja tagħhom bħala l-aqwa waħda tal-istaġun.