Sport Sport Ieħor

Chris Froome jirbaħ it-Tour de France għat-tielet darba

Tour de France 2016 - 24/07/2016 - Etape 21 - Chantilly / Paris Champs-Elysees (113 km) - SAGAN Peter (TINKOFF) maillot vert; FROOME Christopher (TEAM SKY) maillot Jaune; YATES Adam (ORICA BikeExchange) maillot blanc; MAJKA Rafal (TINKOFF) maillot a pois.

 

Chris Froome sar l-ewwel Brittaniku li rebaħ tliet darbiet it-Tour de France meta qasam il-linja finali fi tmiem il-21 stadju f’Pariġi l-bieraħ. Iċ-ċiklist ta’ Team Sky, li rebaħ fl-2013 u fl-2015, sar l-ewwel ċiklist li jiddefendi t-titlu f’aktar minn 20 sena. It-tliet rebħiet f’erba’ snin ta’ Froome jsegwu r-rebħa ta’ Sir Bradley Wiggins li kien sar l-ewwel Brittaniku li rebaħ it-tiġrija fl-2012.

Hu għeleb lil Romain Bardet ta’ Franza b’4 minuti u 5 sekondi, bil-Kolombjan Nairo Quintana jispiċċa fit-tielet post segwit minn Adam Yates.

L-aħħar stadju f’Pariġi bdiet b’mod tradizzjonali, bl-erba’ rebbieħa tal-istadji importanti jibdew fuq quddiem. Meta ċ-ċiklisti laħqu Pariġi, il-pass żdied fejn laħaq il-kulminu bl-isprint fuq ix-Champs-Elysees.