Futbol Sport

Degabriele kowċ ma’ St’ George’s

Denis Scerri tkeċċa minn kowċ tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni St. George’s wara r-riżultati xejn pożittivi li kiseb it-tim dan l-aħħar. Jingħad li l-Kumitat ta’ Bormla informa lil Scerri bid-deċiżjoni li kien qed itemmlu l-kuntratt permezz ta’ email.

It-tim ta’ St. Geoprge’s issa se jkun qed jitmexxa mill-ekskowċ u captain tal-istess tim, Edgar Degabriele li dan l-aħħar kien għadu kemm inħatar bħala Direttur Tekniku tal-istess klabb.
St. George’s bħalissa qed jokkupa l-post ta’ qabel l-aħħar fil-klassifika flimkien ma’ tliet timijiet oħra b’ħames punti biss minn tmien partiti.

Id-debutt ta’ Degabriele bħala kowċ tat-tim se jkun il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru bil-partita kontra San Ġwann.
Degabriele kien beda l-istaġun fit-tmexxija tar-rivali mill-Kottonera Senglea Athletic u tneħħa mill-kariga wara l-ewwel riżultati mhux mixtieqa.