Lokali

Dewmien f’erba’ titjiriet tal-Air Malta

It-titjira li dalgħodu kellha tħalli pajjiża lejn Ruma se tittardja b’ħames sigħat. Dan ħabbritu l-Air Malta fi stqarrija, u d-dewmien huwa dovut għal ħsara li żviluppat f’wieħed mill-ajruplani.

Il-ħsara affetwat tliet titjiriet oħrajn, li inbidlilhom il-ħin.

KM612 (Malta-Ruma-Malta) se jħalli malta fis-13:30.

KM624 (Malta-Katanja-Malta) se jħalli Malta fit-15:05.

KM490 (Malta-Zurich-Malta) se jħalli Malta fit-15:40hrs.

KM514 (Malta-Vienna-Malta) se jħalli Malta fis-17:50hrs.