Internazzjonali

Dikjarat stat ta’ emerġenza fit-Tuneżija

epa05040981 A Tunisian policeman stands guard at the site of a bomb attack on a bus transporting Tunisian presidential guards in Tunis, Tunisia, 25 November 2015. Tunisian Prime Minister Habib Essid warned that his government would strictly enforce a curfew and anti-terrorism measures after 12 presidential guards were killed in a bombing on 24 November. Investigators were examining a 13th corpse to determine whether it was that of a civilian victim or a suicide attacker. Officials have said they suspect the blast was a suicide bombing. EPA/MOHAMED MESSARA

Il-Gvern Tuneżin iddikjara stat ta’ emerġenza b’reazzjoni għall-attakk li kien hemm it-Tlieta fil-qalba tal-belt kapitali Tuneż.
L-attakk ħalla 13-il persuna mejta wara attakk suwiċida maġenb xarabank mimlija membri tal-Gwardja Presidenzjali. attakk li l-Erbgħa l-ISIS ħa r-responsabbilta tiegħu.
Il-Prim Ministru Tuneżin Habib Essid qal li l-aġir tat-terroristi qed jinbidel il-ħin kollu hekk kif din id-darba attakkaw simbolu tal-Istat u fil-qalba tal-belt kapitali. Dan hu wkoll l-ewwel attakk suwiċida fil-belt kapitali Tuneżina.
Din is-sena t-Tuneżija diġà kienet fil-mira ta’ attakki terroristiċi f’Marzu, meta kien attakkat il-Mużew Bardo, u f’Ġunju, meta kienet attakkata lukanda f’Sousse.
Issa f’Tuneż hemm sigurtà kbira bil-membri tal-forzi tas-sigurtà jgħassu t-toroq kollha li jagħtu lejn il-belt filwaqt li qed jagħmlu t-tfittxijiet fil-karozzi.
Fl-ajruport internazzjonali ta’ Tuneż qed jitħallew jidħlu biss dawk li jkollhom biljett għall-ajruplan.
Hu stmat li hemm tal-anqas 3,000 Tuneżin qed jiġġieldu mal-ISIS kemm fl-Iraq kif ukoll is-Sirja u l-Libja, u xi wħud minnhom heddu li se jirritornaw f’pajjiżhom biex ikomplu l-ġlieda hemm.