Futbol Sport

Disa’ plejers se jitilfu l-aħħar logħba tal-kampjonat

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda disa’ plejers wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. B’hekk dawn il-plejers se jkunu qed jitilfu l-aħħar partita tal-kampjonat.

Daren Falzon ġie sospiż żewġ partiti wara li tkeċċa fl-aħħar konfront kontra Qormi, b’Ryan Grech ta’ Naxxar ukoll se jitilfu l-partita kontra Sliema li minn naħa tagħhom se jkunu mingħajr Mark Scerri u Stefano Biancardi.

Paul Fenech ta’ Balzan u Frank Temile ta’ Birkirkara se jitilfu l-konfront ta’ bejniethom, Siraj Eddin Arab se jitlef il-konfront ta’ Pembroke kontra Mosta, filwaqt li Joao Pedro Oliveira Santos u Alex da Paixao Alves se jkunu nieqsa mill-konfront kontra Floriana.