Lokali

Diżappunt wara li tħassru l-attivitajiet taċ-CHOGM f’Għawdex

Il-Kamra Għawdxija tal-Kummerċ fi stqarrija esprimiet id-diżappunt tagħha għall-fatt li l-attivitajiet marbuta maċ-CHOGM kellhom jiġu kkanċellati l-Ħamis minħabba t-temp ħażin.

Aqra iktar: Diversi persuni jitħallew il-moll taċ-Ċirkewwa minħabba nuqqas ta’ organizzazjoni

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hu ta’ diżappunt li wara ħafna tħejjijiet, in-negozjanti Għawdxin kellhom għal darb’oħra jbatu l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ link permanenti bejn Malta u Għawdex.
Ilbieraħ kien sospiż ukoll is-servizz tal-Gozo Channel bi ħsara għall-klijenti kollha li jużaw dan is-servizz.

Il-Kamra Għawdxija tal-Kummerċ tenniet il-pożizzjoni tagħha dwar il-bżonn ta’ mina taħt l-art bejn Malta u Għawdex u ħeġġet lill-Gvern biex iħaffef il-pjani tiegħu għal dan l-investiment.