Futbol Sport

Draw bejn Malta u l-Ażerbajġan

MALTA……………………….0
AŻERBAĠJAN……………0

It-tim nazzjonali tan-nisa spiċċa fi draw ta’ mingħajr gowls f’logħba ta’ ħbiberija kontra t-tim ta’ taħt id-19-il sena tal-Ażerbajġan. Din il-logħba intlagħbet tard l-Erbgħa filgħaxija fis-Centenary Stadium u kienet l-ewwel waħda minn tnejn li se jintlagħbu bejn dawn iż-żewġ timijiet. Il-konfront li jmiss hu nhar il-Ġimgħa fis-7pm.
Fil-logħba tal-Erbgħa il-maġġoranza tal-logħob kien f’nofs il-grawnd. L-avversarji tal-Maltin kellhom aktar mill-pussess tal-ballun imma qatt ma kienu ta’ periklu kbir. Fit-38 minuta Malta setgħu fetħu l-iskor imma Dorianne Theuma falliet penalty.

Fit-tieni taqsima l-Maltin, taħt it-tmexxija tal-kowċ Mark Gatt tjiebu u kienu huma l-aktar li ħolqu okkażjonijiet ta’ skor. L-akbar ċansijiet ta’ skor waslu għand Martina Borg u Emma Xuereb. Minn naħa tagħhom l-Ażerbajġan kienu sfortunati meta kwarta mit-tmiem laqtu l-lasta.

Il-formazzjoni li bdew bihom it-timijiet kienu:

Malta: Janice Xuereb; Gabriella Zahra, Stephania Farrugia, Dorienne Theuma, Ylenia Carabott, Rachel Cuschieri, Antoinette Sammut, Shona Zammit, Jade Flask, Charlene Zammit, Brenda Borg. Coach: Mark Gatt.

Ażerbajġan: Aytaj Sharifova; Kamilla Mammadova, Manya Mollayeva, Samara Ortiz, Alina Michaelis, Natalya Rodelgo, Aysun Aliyeva, Malena Ortiz, Nigar Jalilli, Kristina Bakarandze, Gizem Tenekechi. Coach: Patricia Gonzalez.