Internazzjonali

Drone iħarbat it-titjiriet f’Dubai

L-ajruport internazzjonali ta’Dubaj kellu jissospendi t-titjiriet għal nofs siegħa wara li ntlemaħ drone fiz-zona.
L-uffiċjali tal-ajruport, wara l-inċident fakkru li ebda titjiriet minn drones mhuma permessi sa distanza ta’ ħames kilometri mill-ajruport.
Fit-12 ta’ Ġunju kien hemm inċident simili li wassal biex l-ajruport ta’ Dubaj ingħalaq għal 69 minuta.