Internazzjonali

Dubji dwar id-Deutsche Bank

L-awtoritajiet fil-Ġermanja ċaħdu rapporti li qegħdin iħejju ‘biex isalvaw’ id-Deutsche Bank – l-akbar bank fil-pajjiż – fost tħassib dwar kriżi finanzjarja ġdida fl-Ewropa.
Kelliema għall-Ministeru tal-Finanzi Ġermaniż qalu, sadanittant, li ‘il-Gvern mhux iħejji pjan ta’ salvataġġ u, għaldaqstant, mhemmx lok għal dan it-tip ta’ spekulazzjoni’.
Qabel, il-gazzetta Ġermaniża Die Zeit kienet qalet li l-Gvern Ġermaniż ħejja pakkett tas-salvataġġ li kien jinvolvi jew garanziji mill-Istat ‘għat-telf li jirreġistra d-Deutsche Bank’, inkella li l-Gvern ikollu ‘interess ekwivalenti għal 25 fil-mija fil-bank inkwistjoni’.