Lokali Parlament

€17,452 għall-video taċ-CHOGM 2015

L-ispiża totali biex sar il-video uffiċjali taċ-CHOGM 2015 li se jitlaqqa’ f’pajjiżna lejn tmiem ix-xahar id-dieħel, kienet ta’ €17,452.

Din l-informazzjoni ngħata fil-Parlament mill-Prim Ministru għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Antoine Borg.

Il-video uffiċjali tad-diska ‘The People We Are’ ġie kofinanzjat bejn iċ-CHOGM Malta 2015 Taskforce u l-Malta Film Commission. Ix-xogħol fuq il-video sar mill-PBS, li ġie magħżul wara li kien hemm sejħa pubblika fl-4 ta’ Mejju 2015.

Il-Prim Ministru għad irid jagħti l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet li għaddew jew għad iridu jgħaddu bħala pagament lil kull individwu involut fil-produzzjoni kollha tal-video uffiċjali taċ-CHOGM 2015.