Internazzjonali

Eks ‘Miss Turkija’ misjuba ħatja li insulentat lill-President Tork, Erdogan

Mara ta’ 27 sena, eks-Miss Turkija, ingħatat sentenza ta’ ħabs sospiża ta’ 14-il xahar wara li qorti f’pajjiżha sabitha ħatja li insulentat lill-President Tork, Recep Tayyip Erodgan.

Il-verdett ta’ ħtija kontra Merve Buyuksarac ibbaża ‘fuq il-fatt li hi insulentat lil uffiċjal pubbliku b’kitbiet fuq il-midja soċjali’.

Intant, il-mara qed tiċħad li riedet tinsulenta lill-President tat-Turkija u l-avukat ta’ Buyuksarac qal li beħsiebu joġġezzjona formalment għall-verdett, filwaqt li jressaq il-każ quddiem il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja.

Il-gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem qed jikkritikaw lit-Turkija talli marret lura mill-impenji li kienet tat favur id-dritt għall-espressjoni ħielsa, fl-artijiet tagħha.