Qorti

Eks Viċi Sindku Laburista akkużat li hedded lill-eks sieħba tiegħu li jekk titilqu hu jaħarqilha t-tifla ħajja

L-eks Viċi Sindku tax-Xagħjra Neil Attard kien akkużat fil-Qorti li hedded lill-eks sieħba tiegħu u heddidha bi vjolenza u li jaħarqilha lit-tifla ħajja jekk hi ma tkompli tinsisti li trid twaqqaf ir-relazjzoni miegħu.

Is-sena li għaddiet Attard instab ħati li dejjaq, beżża’ u hedded lill-ex sieħba tiegħu. Fil-qorti, il-mara qalet li hi kienet f’relazzjoni mal-akkużat mill-2013 iżda meta hi pprovat twaqqaf ir-relazzjoni l-akkużat irreżista u baqa’ jibgħatilha l-messaġġi. Il-mara qalet li hu kien jibgħatilha eluf ta’ messaġġi li kienu jinkludu theddid kemm fuq facebook kif ukoll fuq il-mowbajl u mezzi oħra tal-media. F’mument minnhom hu heddida li jaħarqilha lit-tifla ħajja jekk titilqu.

F’Mejju 2015 ix-xhud iltaqgħet mal-akkżuat fuq dgħajsa f’Maraxlokk, liema dgħajsa kienet propjetà ta’ missieru. Dakinhar il-mara insistiet mal-akkużat li twaqqaf ir-relazzjoni iżda l-akkużat qallha biex tidħol miegħu fil-kabina. Meta hi rrifjutat, Attard ħareġ b’sikkina tal-ħobż u heddidha. Imbeżża’ u mbikkma, il-vittma ġriet lejn il-karrozza tagħha iżda l-akkużat qabadha u ħadilha ċ-ċwievet tal-karrozza. Persuni li kienu għaddejjin mit-triq marru jgħinu lill-vittma u dan wassal biex l-akkużat taha ċ-ċwievet.

F’Diċembru 2014, il-Maġistrat Doreen Clarke ikkundannat lil Attard erba’ xhur ħabs suspożi għal tliet snin wara li sabitu ħati li dejjaq u hedded lill-ex sieħba tiegħu. Hu appella minn din id-deċiżjoni. Fil-qorti kien intqal kif Attard wettaq l-atti wara l-ex sieħba tiegħu iddeċidiet li twaqqaf ir-relazzjoni miegħu. L-ex sieħba qalet li Attard ma riedx jaċċetta din is-sitwazzjoni u kien jheddida bit-tifla li huma kellhom. Meta l-omm kienet tinsiti li ma ridtx tkompli bir-relazzjoni hu kien jheddida b’ħajjitha.