Kurżitajiet

Filmat: Episodju ta’ Fireman Sam jieqaf jixxandar wara li tqattgħet paġna mill-Koran u rifsu fuqha

Epidosju sħiħ ta’ Fireman Sam, programm animat tat-tfal, ma tħallix jibqa’ jixxandar minħabba li karattru minnhom jidher iqatta’ paġna mill-ktieb tal-Koran u jirfsu fuqha.
L-episodju xxandar l-ewwel darba f’Ottubru tal-2014 iżda dan l-‘iżball’ ma ndunawx bih qabel issa. Filfatt, il-persuna li tipproduċi dan il-programm, Mattel skuża ruħu filwaqt li qal li dan ma sarx bl-ebda intenzjoni ħażina.
Manadakollu, Miqdaad Versi, l-assistent segretarju ġenerali tal-kunsill tal-Musulmani fl-Ingilterra kiteb fuq twitter li ma jistax jifhem x’għadda minn moħħ min jipproduċi dan il-programm u kif ħasbu li jekk karattru jqatta’ paġna mill-Koran tista’ tkun idea tajba.
Intant, Mattel, meta tkellem mal-midja internazzjonali qal li dan kien inċident li sar minajr ebda intenzjoni ħażina u li mhux se terġa’ jsir. Apparti minn hekk hu qal li mhux se jibqgħu jaħdmu mal-istudio responsabbli minn dak l-inċident u li se jagħmlu minn kollox biex dan l-episodju jieqaf jixxandar u jixxerred.