Lokali

ESKLUSSIVA: L-istess ajruplan il-ġimgħa li għaddiet għamel ‘aborted take-off’

B’mod esklussiv nistgħu nikkonfermaw ukoll li l-ġimgħa li għaddiet l-ajruplan waqaf qabel it-tluq minħabba problemi tekniċi. Xi ġimgħat ilu mar ukoll għal tiswijiet fi Franza.

Il-fatti li għandna f’idejna huma dawn:
– ftit tal-ġimgħat ilu l-ajruplan mar għat-tiswijiet
– il-ġimgħa li għaddiet, meta diġa’ kien f’pajjiżna, dan l-ajruplan għamel ‘aborted take-off’
– illum dan l-ajruplan iġġarraf eżatt wara t-tluq tiegħu

NETnews.com.mt jista’ jikkonferma li l-ajruplan qatt ma kien fi triqtu lejn il-Libja. Watra t-titjira ta’ dalgħodu, l-ajruplan kellu jerġa’ jinżel lura pajjiżna.