Lokali Parlament

‘Esperjenza xokkanti u ta’ insult’ – Ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg dwar dak li seħħ fil-parlament

Esperjenza xokkanti u ta’ insult, Hekk iddeskriviet dak li seħħ fil-Parlament fl-aħħar granet ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg. Hi kienet qed tirreferi għall-inċidenti ta’ theddid li seħħew mid-Deputat Laburista Joe Debono Grech kontra Deputata Indipendenti, u bid-dikjarazzjoni li tistona tal-Ministru Helena Dalli meta qalet li n-nisa ma jilagħbuhiex tal-vittmi.

Min-naħa l-oħra, id-deputat indipendenti Marlene Farrugia, sejħet ukoll għar-riżenja tal-Ministru Helena Dalli bil-kliem li qalet fil-Parlament, iddikjarat li qatt ma tiftakar jum daqshekk ta’ dieqa fil-Parlament daqs dak ta’ nhar l-Erbgħa. Saħqet ukoll li kienet tistenna l-appoġġ sħiħ tal-Kamra biex min jaġixxi ta’ bully jkollu l-messaġġ li m’hawnx postu fis-soċjetà.

L-Aġġornament fis-seduta parlamentari tal-Erbgħa filghaxija kienet diskussa l-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni li sabet l-appoġġ ukoll tad-Deputat Marlene Farrugia biex jiġi kundannat l-aġir tad-Deputat Laburista Joe Debono Grech.

Claudette Buttigieg fissret li każijiet tal-aħħar delitti li saru f’pajjiżna kienu kollha kawża ta’ vjolenza domestika.

Sejħet ukoll l-aggressività fil-Parlament ta’ Joe Debono Grech bħala aġir li ħareġ minn membru Parlamentari li l-Qorti Kostituzzjonali iddikjarat li mhux suppost qiegħed fil-Parlament meta l-istess Qorti kkonfermat li hi ġabet aktar voti minn Edward Scicluna, u għalhekk b’dak ir-riżultat fl-aħħar elezzjoni ma kienx iċedi postu biex jitla’ Joe Debono Grech.

Marlene Farrrugia fissret ukoll li għall-kuntrarju tal-messaġġ li ħareġ mill-Parlament, flimkien ma’ dawk li jemmnu bħalha, se tkompli l-ġlieda biex dawk li huma vulnerabbli jsibu l-ġustizzja li mhux qed isibuha min-naħa tal-Gvern.

Marlene Farrugia qalet li l-ġlieda tibda u tkompli issa għaliex trid tkun is-soċjetà ċivili u l-media li tiddefendi dan l-abbuż u mhux il-Ministru tad-Drittijiet Ċivili.