Sport

EURO 2016: Rashford fl-iskwadra Ingliża, Drinkwater eskluż

Il-manager tat-tim nazzjonali Ingliż Roy Hodgson ikkonferma l-iskwadra finali għall-Euro 2016. Esklużi mill-iskwadra, Drinkwater, Delph u Townsend.

Fil-lista tispikka l-għażla taż-żagħżugħ Marcus Rashford illi fl-aħħar xhur ibbrilla ma’ Manchester United, u iddebutta b’gowl mat-tim nazzjonali. L-Ingliżi jmisshom logħba oħra ta’ ħbiberija mal-Portugall qabel iħallu r-Renju Unit lejn Franza għall-fażi finali tal-Euro 2016.

L-attakkant prolifiku Jamie Vardy ingħata in-numru 11 f’din il-formazzjoni, bil-possibilta’ kbira li l-istilla ta’ Leicester imexxi l-attakk ma’ Harry Kane, b’Wayne Rooney eżatt warajhom fil-midfield.

Intant, fost il-partitarji Ingliżi qamet kontroversja sħiħa minħabba li Drinkwater tneħħa mill-iskwadra. Dan minħabba l-fatt li l-plejer ta’ Leicester kellu staġun fenomenali maċ-champions Ingliżi.

eng