Lokali

Evitat inċident wara li biċċa minn tal-linja tinqala’ fil-Ħamrun u tispiċċa f’nofs ta’ triq

Inċident evitat dalgħodu, fil-Ħamrun, hekk kif biċċa minn karozza tal-linja waqgħet f’nofs ta’ triq u evitat bi żbrixx vettura privata oħra.

Il-każ seħħ abbord il-karozza tal-linja numru 90, bir-rotta 52 minn Ħad-Dingli għall-Belt Valletta. Kienu vetturi oħra li nnutaw dak li ġara u bdew ipaqpqu lix-xufier sakemm dan tefa’ fil-ġenb u niżel jiġbor din il-biċċa mill-karozza u daħħalha fuq ġewwa.

Ftit jiem ilu, cover tat-tubi waqa’ għal fuq il-passiġġieri abbord karozza tal-linja tal-istess rotta li telqet mill-Belt Valletta fl-22:30.