Futbol Lokali Sport

Fabrizio Ravanelli impressjonat bis-sbuħija ta’ Malta – jixtieq jirritorna

Ġiet fi tmiemha ż-żjara ta’ Fabrizio Ravanelli f’Malta hekk kif dalgħodu l-leġġenda ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Italja ħalla pajjiżna lura lejn l-Italja.

Kienu jiem intensi għal Ravanelli, f’pajjiżna fuq stedina tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bħala rigal lill-membri ftit jiem wara li dan il-klabb ingħata l-unur tal-ikbar klabb barra mill-Italja.

Minbarra l-laqgħat mal-Juventini Maltin u sponsors li għamlu din iż-żjara possibbli, il-klabb ħa ħsieb ukoll l-aspett kulturali, b’Ravanelli li fost l-oħrajn żar il-Forti Sant’Anġlu, fil-Birgu.

Żjara emozzjonanti kienet dik li saret fil-mużew Storia di Un Grande Amore ta’ Noel Borg. Hawn Fabrizio Ravanelli baqa’ impressjonat bl-ammont ta’ flokkijiet awtentiċi li ra, u ddeskriva l-post bħala wieħed meraviljuż.

Fabrizio Ravanelli visits Juventus museum in Malta 3

Ta’ sodisfazzjon kbir il-kummenti ta’ Ravanelli, li għal iktar minn darba għamilha ċara li jrid jirritorna f’Malta matul dan is-sajf, biex flimkien mal-familja jgawdi din il-gżira tant sabiħa.

Fabrizio Ravanelli - Fort St. Angelo 2