Lokali Turiżmu

Favur involviment tal-Maltin fl-Air Malta

Fl-istess waqt li qed jikber it-tħassib dwar kemm l-Alitalia hi l-ahjar kumpanija biex tidhol għall-privatizazzjoni tal-Air Malta, qed jinfirex ukoll il-konsensus fis-soċjetà dwar il-ħtieġa li s-soluzzjoni għas-salvazzjoni tal-Air Malta tkun l-involviment tas-settur privat Malti.

L-appoġġ għal din il-proposta qed ikompli jikber, filwaqt li dwarha diġà qablu l-Partit Nazzjonalista u l-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti Maltin (MHRA).

Il-kontroversja dwar il-privatizzazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru u l-involviment tal-Alitalia kompliet tikber, hekk kif uffiċjali għolja tal-Alitalia ddikjaraw li l-kumpanija Taljana mhix lesta tinvesti fl-Air Malta.

Il-futur għall-kumpanija nazzjonali tal-ajru jibqa prijorità għas-settur turistiku, li jtitama li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-aħjar ħin u fl-aħjar interess tal-Air Malta. NETnews tkellem dwar dan mal-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Muscat.