Lokali Parlament

F’dan l-istadju l-Gvern ma jistax jagħti garanziji dwar l-Air Malta

F’dan l-istadju, minħabba li bejn il-Gvern u l-Alitalia hemm biss memorandum of understaning (MOU), il-Gvern ma jistax jagħti garanziji dwar diversi setturi minħbba li għadu qed jinnegozja.

Din il-pożizzjoni espremieha l-Ministru tat-Turiżmu Edwrad Zammit Lewis waqt stqrarija minitersjali dwar l-MOU dwar l-Air Malta.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li dan hu biss l-ewwel pass għaliex l-Air Malta hi mill-iktar importanti. Hu sostna li l-gvern mhux se jidħol għal strategic partner ma ħadd jekk dan ma jkunx ta’ benefiċċju għall-Air Malta u għall-pajjiż għaliex hu konjxu li l-Air Malta għandha valur kbir għall-pajjiż. Il-Gvern irid jipproteġi l-interessi tat-turiżmu u kull ftehim irid jagħmel lill-Air Malta iktar rilevanti għar-reġjun. Il-Ministru ċaħad li l-Air Malta mhux se ssir feeder airline.

Dan l-MOU qed jiftaħ il-bibien biex ikunu akkwista 49% tal-ishma fl-Air Malta bil-Gvern jibqa’ l-azzjonist ewlieni. L-isem se jibqa’ Air Malta, sostna l-Ministru Zammit Lewis, li sostna li n-numru ta’ ħaddiema jridu jkunu jagħmlu sens skont ir-rotot tal-linji tal-ajru u n-numru ta’ ajruplani li l-Air Malta se jkollha. Il-Gvern hu kommess li jkabbar l-operat tal-ħaddiema. Il-unions se jibdew jiddiskutu l-ftehim mat-tmexxija.

L-Air Malta se tkun qed tgawdi minn diversi vantaġġi fosthom, network estensiv ta’ linji oħra, distribuzzjoni u loġistika, xiri konġunt li jtejbu l-profitabbiltà, viżjoni ta’ tkabbir u espansjoni tal-flotta.

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li d-dikjarazzjonijiet taċ-Chairman tal-Alitalia kienu xokkanti, partikolarment dwar l-investiment li l-Alitalia se tagħmel fl-Airmalta. Il-Ministru ma rrifera xejn għal dawn id-dikjarazzjonijiet li ċ-Chairman tal-Alitalia qal li l-investiment se jkun ta’ inqas minn €1.

Claudio Grech sostna li l-hemm qbil ma’ ħafna punti msemmija fl-MOU, iżda hemm differenza bejn dak li qal iċ-Chairman tal-Alitalia u dak li qal il-Ministru Zammit Lewis. Il-Gvern għandu jneħħi d-dubju, sostna Claudio Grech, li kompla li l-Gvern għandu jispjega t-transazzjoni tad-49 fil-mija tal-isħma.

Id-Deputat Nazzjonalista Anotine Borg tkellem dwar il-ground handling u l-liabilites u jekk l-Air Malta hux se jkollha limitazzjonijiet fil-kapaċità ta’ passiġġieri. Il-Gvern għandu jassigura li r-rotot li hemm bħalissa flimkien mar-regolarità tat-titjiriet mhux se jkunu mittiefsa.

Id-Deputat Francis Zammit Dimech tkellem dwar ir-rimarki tal-President tal-Alitalia, li qal li dan hu investiment bla riskju għaliex it-Taljani mhux se jinvestu. Dan ġab reazzjoni mhux mill-Oppożizzjoni iżda anki mill-MHRA u minn uffiċjali tal-Air Malta u għalhekk għandha tingħata spjega. Il-Gvern għandu jispjega wkoll jekk il-kunċett ta’ feeder airline hux se jiżdied mar-rotot attwali. Francis Zammit Dimech qal li fl-MOU hemm speċifikat li l-partijiet ma jikkummentawx aktar dwaru u dwar id-dettalji tiegħu sakemm ma jkunx hemm qbil. Hu sostna li l-Gvern għandu jgħid ukoll x’tip ta’ futur se jkollhom il-ħaddiema li ma jkunux magħżula għall-Air Malta.

Id-Depuat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-Gvern mhux qed ikun ċar, fosthom mal-ħaddiema u hemm inċertezza. Hu semma d-diversi problemi li qed tiffaċċja l-Alitalia bħalissa u sostna li l-Gvern għandu jispjega l-kunċett ta’ hub u kif dan se jitħaddem fil-kuntest ta’ feeder.