Lokali

Feriti gravi għal Libjan wara li karozza tal-linja għaddiet minn fuq siequ

Libjan ta’ 68 sena residenti Ħal Qormi sofra feriti gravi wara li karozza tal-linja għaddiet minn fuq siequ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.10pm fil-Venda tal-Linja fil-Furjana, bil-vettura kienet qed tinstaq minn żagħżugħa Taljana ta’ 28 sena residenti Birkirkara.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li wara li ta l-ewwel għajnuna lil-Libjan ħadu l-Isptar għal aktar kura.

Hemm kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi kawża tal-ksur li ġarrab.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Belt għadhom qed jinvestigaw il-każ.