Lokali

Festa tal-Annimali fil-Kumpless tal-Għammieri

Nhar il-Ħadd li ġej, bejn l-10.00 ta’ filgħodu u l-5.00 ta’ waranofsinhar, se tittella’ t-tieni edizzjoni tal-Festa tal-Annimali, bl-għan li n-nies jersqu iktar viċin id-dinja tal-NGOs u santwarji li jaħdmu bla heda favur l-annimali domestiċi.

Bħas-sena l-oħra, se jkun hemm element ta’ edukazzjoni u informazzjoni fejn it-tfal jistgħu jitgħallmu fuq diversi annimali li ftit li xejn għadhom jidhru fit-toroq Maltin, fosthom il-gendus Malti, baqar u mogħoż, kif ukoll diversi tjur u rettili.

Għal min jixtieq, se ssir ukoll mixja bil-klieb fid-9.00 ta’ filgħodu, li titlaq minn ħdejn il-knisja ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi u tintemm fl-Għammieri, fejn se tkun qed issir l-attività.

Mal-wasla tal-annimali se ssir quddies, u wara jsir it-tberik tal-annimali.

Ser ikun hemm ukoll numru ta’ stands minn entitajiet mhux governattivi li jahdmu fil-qasam tal-Harsien tal-Annimali kif ukoll zona li fiha se ikun hemm diskussjonijiet varji dwar suggetti relatati mal-annimali. Attrazzjonijiet ohra tul il-gurnata kollha jinkludu ukoll varjeta kif ukoll zona ghat-tfal.
L-attività hi organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.