Lokali

Festival internazzjonali tal-inbejjed u l-ispirti

Il-Laguna Walk ta’ Smart City fi tmiem il-ġimgħa se tinbidel hekk kif tospita l-International Wines & Spirits Festival organizzat minn M. Demajo Wines & Spirits.

Dan il-festival, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, qed ikun deskritt bħala attività soċjali mhux biss għal dawk li jħobbu x-xorb, b’50 ditta li wieħed jista’ jesplora, imma wkoll għall-familji.

Dan hekk kif dawk li jattendu jistgħu jgawdu wkoll minn spettakli mtella’ minn Firelight, Airport Impressions, Claudia Faniello u l-band tagħha, Red Electrick u The Busker and Versatile Brass.

Se jkun hemm ukoll varjazzjoni sħiħa ta’ ikel, minn dak komuni bħal burgers u laħam, sa affarijiet iktar elaborati bħal ikel gourmet, ikel Ċiniż u sushi.

Iżda minkejja li M. Demajo hu importatur ewlieni tax-xorb f’pajjiżna, matul it-tlett ijiem tal-festival se jkun hemm ukoll stand b’kampanja edukattiva favur ix-xorb b’mod responsabbli.

Il-festival se jsir bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġej, bi prezz ta’ €5 għad-dħul. Żgħażagħ bejn it-13 u s-16-il sena jidħlu b’nofs prezz waqt li tfal ta# inqas minn 12-il sena jidħlu b’xejn.