Internazzjonali

Fi Spanja, daqqa ta’ ħarta oħra għas-Soċjalisti

Il-Partit Soċjalista fi Spanja ġarrab żewġ telfiet fl-elezzjonijiet reġjonali illi saru l-Ħadd, hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Mexxej tas-Soċjalisti Pedro Sánchez.

Il-Partit Popolari rebaħ l-elezzjoni f’Galacia, filwaqt li l-Partit Nazzjonali fir-reġjun Basko illi għandu l-fruntieri tiegħu ma’ Franza.

Is-sitwazzjoni politika fi Spanja ilha disa’ xhur sħaħ imwaħħla u donnu kulħadd qed iżomm iebes biex jiġi ffurmat Gvern ġdid. Dan qed iwassal għall-possibilta’ li f’Diċembru terġa’ issir elezzjoni ġenerali oħra.