Lokali

Fil-jiem tal-Karnival: 37 arrestati minħabba pussess ta’ droga u sewqan fis-sakra

Fl-aħħar tlett ijiem, waqt il-festi tal-Karnival, ġew arrestati b’kollox 32 persuna li fil-pussess tagħhom instabet droga differenti, fosthom kannabis, kokaina u ecstasy.

24 minnhom ġew arrestati f’Għawdex f’ħidma konġunta bejn il-Pulizija mid-Distrett ta’ Għawdex u l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. It-8 l-oħra ġew arrestati Malta f’numru ta’ roadcheks li saru.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li apparti minn dawn it-32 arrest, kien hemm ħames persuni oħra li fl-aħħar tlett ijiem ġew arrestati f’Għawdex wara li rriżultaw pożittivi għat-test tal-breathalyzer wara li twaqqfu mill-Pulizija.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.