Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn fuq dgħajsa

Mara ta’26 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu waqgħet minn fuq dgħajsa li kienet marbuta mal-moll f’Ta’ Xbiex. Jidher li l-mara waqgħet fil-baħar u ġiet bejn id-dgħajsa li kienet fuqha u oħra li kient marbuta maġenbha.

 

Il-mara ttellgħet minn raġel li kien magħha u xi nies oħra fil-viċinanzi li taw l-għajnuna tagħhom. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

 

Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera kienet infurmata bl-inċident u ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.