Lokali

FILMAT : 28 maratona fi 28 pajjiż fi 28 ġurnata

Dins Vecans, atleta li jikkompeti fil-maratoni, il-Ħadd fil-Belt Valletta sfida l-għejja u s-sħana qalila biex kompla bl-isfida tiegħu li jiġri l-ekwivalenti ta’ 28 maratona fi 28 belt fi 28 ġurnata.

L-għan ta’ Vecans hu li mhux biss iqajjem għarfien dwar il-benefiċċji ta’ ħajja sana u attiva, imma wkoll jiġbor fondi li minnhom jistgħu jibbenefikaw għaqdiet li jaħdmu ma’ persuni morda bil-kanċer, bħal Europa Donna u Dr. Klown f’pajjiżna.

Fl-isfida li qed jagħmel, Vecans jispikka għal-libsa bajda li jilbes u l-kulur roża tat-threadmill li juża, u li llum-il ġurnata saru sinonimi miegħu u jattiraw għajn in-nies.

L-idea ta’ Decans li jiġri fuq threadmill, fiha wkoll sinifikat, u tissimbolizza l-ġlieda ta’ persuna marida bil-kanċer – meta tiġri imma kollox jindika li qed tibqa’ fl-istess post, bin-nies madwarek li qed jaraw l-għejja u l-effetti tal-isfida kontra din il-marda qerrieda