Lokali

Filmat: Ambulanza teħel 4 darbiet f’2 minuti minħabba karozzi fil-bus lane

Filmat li ttella’ minn sewwieq ta’ mutur juri kif ambulanza weħlet erba’ darbiet f’temp ta’ ftit ħin waqt vjaġġ fi Triq Diċembru 13 minħabba karozzi privati li kienu qed jinstaqu fil-bus lane.

Il-filmat juri biss parti mill-vjaġġ meta l-istess ambulanza kien għad fadlilha tgħaddi mill-bus lane ta’ parti oħra tat-triq u għalhekk mhux eskluż li l-ambulanza ħliet iktar ħin prezzjuż.

Konsegwenza ta’ dan, vjaġġ li għal ambulanza f’emerġenza normalment jieħu ftit sekondi, f’dan il-każ li seħħ ilbieraħ fis-7:45 tal-bieraħ, dam iktar minn 2 minuti.

F’mument minnhom, is-sewwieq tal-mutur saħansitra kellu jdoqq il-horn hekk kif karozza privata bdiet tinstaq malli għaddiet l-ambulanza u mingħajr każ li kien għaddej hu kif kellu kull dritt jagħmel.