Lokali

Filmat: Anzjana tieħu basket li ntesa’ minn sidu fl-Iklin

Sid ta’ basket li ntesa f’parapett fl-Iklin qed jitlob għall-għajnuna tal-pubbliku wara li anzjana ratu u qabdet u ħaditu.

Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa fis-18:24 meta l-anzjana kienet għaddejja minn quddiem residenza privata u rat il-basket fuq in-naħa tat-triq.

Fil-basket, sidu kellu wallet bil-liċenzja tal-karozza, karta tal-identita’, mobile b’kuntatti importanti kif ukoll ritratti u ċwievet. Għalhekk l-appell hu biex il-persuna li ħadet dan il-basket għallinqas tirritorna l-affarijiet li għaliha m’għandomx valur.

Min għandu xi informazzjoni jista’ jgħaddiha lill-Pulizija inkella lil dan is-sit biex minn naħa tagħna ngħaddu l-informazzjoni lil sid il-basket anke’ b’mod kunfidenzjali.