Ekonomija Lokali Parlament

Filmat: Baġit li mhux jindirizza l-ħtiġijiet vera tal-iskejjel – MUT

“Il-Union tal-Għalliema temmen li dan il-baġit jista’ jkun li mhux jindirizza l-ħtiġijiet vera tal-iskejjel fosthom is-sapport li hemm bżonn fl-amministrazzjoni, li aħna sħaqna fuqha anke’ fid-dokumenti ta’ qabel il-baġit.”

Spjega dan f’reazzjoni ma’ dan l-istazzjon Marco Bonnici, mill-MUT, li semma’ wkoll li dan il-baġit naqas li jagħti l-awtonomija meħtieġa lill-kapijiet tal-iskejjel u ma jagħtix in-nifs lill-għalliema biex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b’mod aħjar.

Minkejja dan, Bonnici fisser ukoll dan il-baġit bħala wieħed li jikkonsolida x-xogħol li sar fl-aħħar snin permezz ta’ skemi bħġalma hu s-sabbattical, il-proġett tat-tablets fl-iskejjel u l-proġetti infrastrutturali li bdew snin ilu u issa qed ikompli.