Lokali

Filmat: Barrani jolqot karozza u joħroġ jhedded grupp tfajliet

Sewwieq barrani li kien involut f’inċident tat-traffiku u laqat vettura oħra misjuqa minn mara, ħareġ fit-triq jhedded lis-sewwieqa u l-passiġġieri tfajliet li kellha magħha.

Fil-filmat, ir-raġel jidher jagħti bil-ponn fil-ħġieġ tal-karozza tat-tfajla, u jagħmel mossi ta’ theddid fil-konfront tal-mara u t-tfajliet l-oġra li kellha magħha. Fl-istess filmat, passiġġiera oħra, evidentament imbeżża’ minn dak li kien qed iseħħ, tinstema’ tħeġġeġ lis-sewwieqa biex issuq mill-post. Madankollu dan ma kienx possibbli minħabba li kienu maqbuda fit-traffiku.

Wara dan l-episodju, il-barrani telaq minn fuq il-post, minkejja li kien involut fil-ħabta.

F’kummenti fuq Facebook, it-tfajla qalet li għamlet rapport lill-Pulizija, li qed jinvestigaw ukoll il-filmati. Kompliet li magħha kellha numru ta’ studenti li kienu mwerwra wara dan l-episodju.