Lokali

FILMAT : Ċarċir tad-demm tul triq Farsons il-Ħamrun wara argument – raġel fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 54 sena residenti Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt wara li allegatament qala’ daqqa ta’ tazza matul il-lejl li għadda fi Triq Farsons, il-Ħamrun.

Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu meta r-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei b’ferita f’rasu.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li r-raġel kien jinsab fl-istabbiliment “Monkeys Bar” fl-imsemmija triq meta kien involut f’argument u allegatament intlaqat f’rasu b’tazza.

Quddiem il-bieb ġie nnutat ammont sostanzjali ta’ demm waqt li matul it-triq imsemmija ġie innutat ammont susstanzjali ta’ demm mal-art, maż-żewġ naħat tat-triq, b’roqgħa oħra sostanzjali fil-kantuniera mat-triq.

Ftit wara r-raġel ittieħed fil-Poliklinika tal-Floriana minn  persuna mhux magħrufa. Kawża tal-ġrieħi li kellu, huwa ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa hekk kif fil-post kien hemm uffiċjali tal-Forensika jmexxu l-investigazzjonijiet.

 

forensic puliziija

monkeys bar