Lokali

Filmat: Chris Cardona ma jeskludix li jiġġedded il-kuntratt ta’ Sai Mizzi

Il-ministru Chris Cardona m’eskludiex li l-kuntratt tal-mara tal-Ministru konrad Mizzi, Sai, jiġi mġedded mill-Malta Enterprise ladarba dan jiskadi, għada.

Iżda ppressat mill-ġurnalisti biex ikun ċar u jgħid jekk il-kuntratt hux se jkun imġedded jew le, wara li fl-aħħar snin ħadet €13,0000 fix-xahar għal total ta’ kważi €470,000, Chris Cardona deher indeċiż.

Dan minkejja li waħda mill-ewwel affarijiet li ddikjara Konrad Mizzi meta nħatar Deputat Mexxej, qabel kien sfurzat jirriżenja ftit jiem wara, kienet li t-tiġdid tal-kuntratt mhux se jsir.

Chris Cardona saħansitra ddikjara li l-Malta Enterprise fiċ-Ċina għandha bżonn lil xi ħadd esperjenzat u li jagħmel ix-xogħol li kienet tagħmel Sai Mizzi.

Dan minkejja li mhux ċar x’kien ir-rwol tagħha jew x’benefiċċji ġabet lil pajjiżna.