Ekonomija Lokali Parlament

FILMAT: Edward Scicluna jammetti li l-policy tal-Gvern għat-traffiku hi li ma jraħħasx il-prezzijiet tal-fuel

Is-soluzzjoni u l-policy tal-Gvern Laburista għat-traffiku hi li ma jitraħħsux il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, jew inkella li l-Gvern jintaxxa l-fuels permezz tas-Sisa.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ammetta waqt li kien qed jitkellem fil-programm ‘Times Talk’ it-Tlieta filgħaxija. Waqt il-programm tkellem ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco.

“Se jinżel il-prezz, pero’ fl-istess ħin il-Gvern żied is-Sisa fuqu għaliex jekk trid li t-traffiku tiskoraġġieħ.”

Għal din l-istqarrija ċara, ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni Mario de Marco irrimarka li allura, il-policy tal-Gvern hi li jżid il-prezz tal-fuel biex it-traffiku ikun skoraġġut.

Għal din ir-rimarka, Edward Scicluna sempliċiment wieġeb: “Mela le, hekk hu,” u ftit sekondi wara żied li din m’hijiex is-soluzzjoni.