Internazzjonali

FILMAT: “Ejjew ħa neqirdu Franza”

Dan huwa l-filmat ta’ Abdel Malik Petitjean, wieħed mill-militanti illi qatlu s-saċerdot Franċiż f’Rouen.

L-aġenzija Amaq, assoċjata mal-ISIS, ħarġet dan il-video ta’ Pertitjean illi fih hu jidehr qed iħeġġeġ lill-Musulmani sabiex jeqirdu Franza. Iż-żagħżugħ isemmi direttament lil Francois Hollande, u jgħidlu li wasal iż-żmien illi l-Franċiżi jsofru kif qed isofru “ħutna”.