Futbol Sport

FILMAT – ‘Eku tal-Passat’ tar-rivalitá bejn Floriana u Sliema Wanderers fl-istaġun 1969/70

Ir-rivalitá bejn Floriana u Sliema Wanderers fil-futbol Malti kienet sa minn dejjem, mhux ta’ b’xejn sal-lum dawn huma l-aktar żewġ klabbs ta’ suċċess f’Malta. Il-konfront bejn it-tnejn huma mmsejjaħ bħala d-derby l-antik ta’ Malta u llum dawn se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin fis-seba’ ġurnata tal-Kampjonat Premier. Ir-rivalitá bejn it-tnejn illum naqset għalkemm ħafna, partikolarment dawk anzjani, għadhom iħarsu lejn din il-partita b’ċertu nostalġija.

Lejliet din il-partita, il-programm sportiv tal-Ġimgħa filgħaxija fuq Net Television, Replay Preview, apparti li ta ħarsa estensiva lejn il-preparamenti taż-żewġ timijiet rispettivi, mar lura fiż-żmien permezz tar-rokna ‘Eku tal-Passat’ u  fakkar x’kien ġara fl-istaġun 1969/70 meta Floriana u Sliema kienu l-isfidanti ewlenin għar-rebħ ta’ titlu ta’ champions.

Segwi s-servizz speċjali, b’kitba ta’ Christian Micallef, li fil-qasir jagħti ħarsa lejn dak li seħħ fl-istaġun 1969/70. Dan is-servizz qed jidher fuq il-Paġna ta’ Replay fuq Facebook:

Il-programm Replay Preview reġa’ beda’ jixxandar fuq Net Television mill-iskeda l-ġdida tal-istazzjon tal-ħarifa u qed jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa mid-9pm sal-10:30pm. Dan il-programm hu preludju għall-programm Replay tal-Ħadd fid-9:30pm, ukoll fuq Net Television.  F’Replay Preview tal-Ġimgħa, ippreżentant minn Sarah Agius u b’kitba u produzzjoni ta’ Christian Micallef, ikun hemm dak li t-Taljani jirreferu għaliħ bħala ‘ante prima’ għall-partiti kollha ta’ tmiem il-ġimgħa, mhux biss mill-Kampjonat Premier iżda anke mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u d-diviżjonijiet l-oħra. L-istil tal-programm hu wieħed mexxej u kompletament differenti minn dak tal-Ħadd filgħaxija. F’Replay Preview ikun hemm l-aħħar aħbarijiet, intervisti u filmati ta’ qabel kull partita li tistgħu ssegwu biss permess ta’ dan il-programm speċjali ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija fuq Net Television. Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.